Join Us On:

News Archive

IRREKORDJATI L-MARĊI BRIJUŻI TAL-FESTA

Minbarra s-servizz fil-festa tas-Salvatur fl-Għasri, nhar il-Ħadd li għadda, il-banda kienet impenjata filgħodu wkoll bir-rekording tas-sett il-ġdid ta’ marċi brijużi għall-festa ta’ San Ġorġ. Dan kien ir-raba’ rekording li għamlet il-banda matul din is-sena. Fit-tliet okkażjonijiet preċedenti l-banda rrekordjat sett ta’ marċi funebri u żewġ settijiet ta’ marċi  brijużi mill-pinna tas-surmast Vella. Din id-darba kien imiss li jiġu rrekordjati l-marċi l-ġodda li ser jiżżanżnu fit-tieni dimostrazzjoni tal-festa ta’ San Ġorġ. Dawn il-marċi ser joħorġu fuq CD (Vol. 23) fil-ġimgħat li ġejjin.

B’kollox ġew irrekordjati għaxar marċijiet mill-pinna ta’ diversi kompożituri. Nofs dawn il-marċi huma kompożizzjonijiet ġodda filwaqt li l-oħrajn ġew maħruġa mill-ġdid mill-arkivju tas-Soċjeta’. Ma’ dawn il-marċi ser jiżdiedu żewġ marċi oħra mill-pinna tas-surmast Vella (li diġa’ ġew irrekordjati), biex b’kollox is-sett il-ġdid tal-festa jkun jinkludi tnax-il marċ.

Ir-rekording għal darb’oħra ġie f’dat f’idejn John Cauchi ta’ PRO studios (Sannat). Il-banda kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur il-Prof. Joseph Vella.