Join Us On:

News Archive

INFETĦET IL-WIRJA TA’ LEJLET LAPSI

919971_10201202175645529_2038298304_o

922407_10201202160125141_1841969656_o

Kif ġie imħabbar xi ġranet ilu l-bieraħ infetħet il-wirja fil-Każin La Stella, ibbażata fuq il-pilastri tagħha Banda – Festa – Teatru.  Fil-wirja wieħed jista’ jara diversi strumenti mużikali antiki, dokumenti storiċi, biċċiet ta’ mużika, armar użat fil-festa tal-lum kif ukoll tal-passat, sezzjoni tan-nar u esebizzjoni dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel.  Element ieħor fil-wirja jinkludi wkoll it-Teatru b’diversi oġġetti u kostumi relatati mal-opra lirika u l-palk.  Fil-wirja hemm rappreżentanza wkoll tal-Grupp Folkloristiku Astra.

Minn din il-paġna nistednukom tmorru żżuru l-Każin La Stella u taraw d-diversi oġġetti li nħarġu mill-arkivji u mħażen tagħna apposta biex jitgawdew mill-pubbliku.  Prosit tassew lill-membri tal-Għaqda tal-Armar, tal-Għaqda tan-Nar, tat-tiġrijiet taż-żwiemel, tat-Teatru Astra, tal-banda, tal-Grupp Folkloristiku Astra u lis-Sur James L Borg li kkoordina din l-attività.

_DSC0039 _DSC0059 DSC_0048 DSC_0049 DSC_0037 DSC_0057

DSC_0054 DSC_0038 _DSC0046

 

IMG_5211  IMG_5221 IMG_5222

_DSC0062 DSC_0051 IMG_5207

(Ritratti: Ivan Galea u Toni Farrugia)