Join Us On:

News Archive

IN-NOVENA TA’ SAN ĠORĠ

Hekk kif beda x-xahar ta’ Lulju aħna nibdew inħarsu ħerqana lejn dik il-ġimgħa tant mistennija, il-ġimgħa li twassal sat-tielet Ħadd tax-xahar meta niċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Martri.  Dan ifisser ukoll li qabel il-ġimgħa tal-festa, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, nibdew nitħejjew għal din il-festa permezz tan-novena, li din is-sena ser tibda nhar il-Ħadd 11 ta’ Lulju fis-7pm.

It-tema magħżula għal din is-sena hija “San Ġorġ – Qaddej tal-Ħniena”, u matulha se jiġu inawgurati l-erba’ kwadri tal-Opri tal-Ħniena.

L-Arċipriet, flimkien mal-kollaboraturi tiegħu, qed jagħmlilna stedina biex nippruvaw nattendu għal dawn il-mumenti sbieħ ta’ tħejjija u preparazzjoni għall-festa. Minn din il-paġna nixtiequ nħeġġu lill-partitarji u soċji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella biex jieħdu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet sbieħ tal-festa ġewwa l-Bażilika tagħna.

Aktar dettalji joħorġu fuq il-facebook page tal-parroċċa tagħna malli jiġu ffinalizzati.

https://www.facebook.com/stgeorge.org.mt

NOVENA 2021