Join Us On:

News Archive

IMPENN IMPORTANTI GĦAS-SURMAST DIRETTUR

Is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella, il-Prof Joseph Vella, għadu kif ġie lura minn impenn importanti barra minn Malta sewwasew f’ St Dizier ġo Franza.  Is-Surmast Vella kien composer in residence matul il-festival Les Printemps de la Musique, li dam għal ġimgħa sħiħa.  Matul il-festival ġiet interpretata Sighs and Whispers op123 għall-Alto, Flute u Harp, minn mużiċisti mill-aqwa bħall-flawtist Patrick Gallois u fuq l-arpa Fabrice Pierre.

Prosit tassew lill-Prof. Vella li b’dawn l-impenji mportanti jagħmel ġieħ mhux biss lis-Soċjetà Filarmonika La Stella imma lil Malta kollha.

mro vella4 mro vella3 mro vella2 mro vella mro vella 5