Join Us On:

News Archive

ILLEJLA KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA

Hekk kif ninsabu fil-bidu tal-ġimgħa Mqaddsa, il-banda ċittadina La Stella tibda bl-impenji tagħha marbuta ma’ dawn il-festi. Illejla fil-bażilika protoparrokkjali ta’ San Ġorġ, ser jittella’ kunċert ta’ mużika sagra mżewwaq b’selezzjoni ta’ marċi funebri mis-sett Salvator Mundi (2008-09); motetti sagri mill-kor residenti tal-bażilika Laudate Pueri, kif ukoll qari ta’ poeżiji marbuta mat-tema tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Dan ser ikun l-ewwel servizz minn tlieta f’din il-ġimgħa. Minbarra dan il-kunċert, il-banda tkun impenjata nhar Ħamis ix-Xirka, meta takkumpanja l-eqdem purċissjoni ta’ gżiritna li toħroġ mill-bażilika urbana. Nhar Ħadd il-Għid, il-banda takkumpanja wkoll id-dimostrazzjoni reliġjuża  bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq ewlenin ta’ beltna.

Il-kunċert ta’ mużika sagra jibda fit-8.00pm. Kulħadd huwa mistieden. Aktar tagħrif dwar l-impenji tal-banda dekana fil-Ġimgħa Mqaddsa fil-jiem li ġejjin.