Join Us On:

News Archive

IL-WIRT STORIKU F’FESTIVAL MEDITERRANEA 2009




L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Festival Mediterranea qed terġa’ twassal diversi attivitajiet popolari b’rabta mal-wirt storiku Malti, immexxija minn Dr David Trump. L-attivitajiet jinkludu żjarat esklussivi fl-Ipoġew.

B’kollox huma ppjanati erba’ żjarat, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru fid-9.00am u fl-10.00am, u l-Ġimgħa 6 ta’ Novembru fl-10.00am u fil-11.00am. Il-postijiet għal dawn iż-żjarat huma limitati ħafna u qed jiġu assenjati strettament fuq bażi ta’ first-come first-served.

Attivitajiet oħra b’rabta mal-wirt storiku li se jitmexxew minn Dr Trump f’din it-tmien edizzjoni ta’ Festival Mediterranea jinkludu:

          Taħdita Pubblika – An Archaeologist seeks Religion’– li se ssir nhar l-Erbgħa 28 t’Ottubru – Swali tal-Ministeru għal Għawdex, fil-5.00pm,

          Żjara fit-Tempji tal-Ggantija – il-Ġimgħa 30 t’Ottubru, fis-2.30pm.

          Żjara fil-Mużew tal-Arkeologija fiċ-Ċittadella (Għawdex) – nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru, fl-10.00am,

          Konferenza: Conservation: Nature and Archaeology– It-Tlieta 3 ta’ Novembru – Swali tal-Ministeru għal Għawdex, fil-5.00pm

          Żjara fil-Mużew tal-Arkeoloġija, il-belt Valletta – l-Erbgħa 4 ta’ Novembru, fis-1.30pm

          u Żjara fis-siti preistoriċi fl-Imġarr u fit-tempji ta’ Skorba (Malta), Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru fis-2.00pm.

Iktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet u biljetti jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku tal-festival fuq www.mediterranea.com.mt

Wieħed jista’ jċempel ukoll fuq in-numri tat-telefon tat-Teatru Astra: 21550985/ 99883007.

Festival Mediterranea jinkludi wkoll diversi kunċerti u attivitajiet mużikali, bil-qofol jintlahaq bl-opra Rigoletto li se ssir nhar il-Ħamis u s-Sibt. Fadal biss ftit biljetti li jistgħu jinxtraw, fosthom ukoll biljetti bi prezzijiet imraħħsa ħafna għall-istudenti.

Festival Mediterranea hu organizzat mit-Teatru Astra bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija tat-Turizmu, Air Malta, Heritage Malta, Vodafone Malta Foundation u Bank of Valletta.