Join Us On:

News Archive

IL-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

1991a7cefe175710444bcba247be33572a57400c-023501a8

Nhar il-Erbgħa 11 ta’ Ġunju se jiftaħ il-Victoria International Arts Festival (VIAF) li issa jinsab fis-17 -il edizzjoni tiegħu.  Bħal kull sena dan il-festival joffri varjeta’ kbira ta’ mużika u fil-maġġoranza tal-każi b’mużiċisti ta’ fama internazzjonali.  Il-kunċert tal-ftuħ se jsir nhar il-Erbgħa fit-8pm ta’ filgħaxija fil-Bażilika ta’ San Ġorġ bis-sehem tal-Orkestra Nazzjonali taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, li huwa wkoll id-direttur artistiku u mużikali tal-festival.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kunċerti li hemm imħejija tistgħu tidħlu fis-sit uffiċjali tal-festival www.viaf.org.mt