Join Us On:

News Archive

IL-PRIM MINISTRU JŻUR IL-KAŻIN TAS-SOĊJETA FILARMONIKA LA STELLA

Il-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onorevoli Dr Lawerence Gonzi dalgħodu żar il-każin tas-Soċjetà La Stella u t-Teatru Astra waqt parti minn żjara skedata fil-Belt Victoria. Il-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegħu ġew imdawara mal-Każin u wara kellu laqgħa ma’ delegazzjoni tal-Kumitat tas-Soċjetà.  Fost l-oħrajn segwa ix-xogħolijiet intensivi li bħalissa għaddejjin fuq l-palk, il-vestwarju u dawl, ftit gimgħat qabel l-opra Norma u l-bidu tal-għaxar edizzjoni ta’ Festival Meditrranea.  Il-Prim MInistru ġie aġġornat fuq l-attivitajiet kollha tal-festival ta’din is-sena u wera apprezzament kbir lejn ix-xogħol volontraju u kontribut kulturali li s-Soċjetà La Stella u t-Teatru Astra qed joffiru lil kommunità u l-gżejjer Maltin.

Id-delegazzjoni li kienet tinkludi ukoll lill-Ministru għal Għawdex l-Onoroveli Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Dr Chris Said kellhom iċ-ċans jaraw l-aħħar xogħolijiet fuq l-palk bħala parti mill-proġett ta’ Eco Għawdex, ffinzjat mill-Ministeru għal Għawdex.

Wara, il-Prim Ministru iffirma l-ktieb tal-viżitaturi u ġie ppreżentat b’tifkira fl-okkażjoni tal-viżta tiegħu mis-Sur Michael Formosa Segretarju Amministrattiv tas-Soċjetà li fl-assenza tal-President is-Sur Pawlu Zammit li kien barra minn Malta mexxa d-delegazzjoni tal-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.