Join Us On:

News Archive

IL-MUSICAL GREASE FIT-TEATRU ASTRA

Auditions Small Res

It-Teatru Astra qed iniedi uffiċjalment il-musical Grease, l-ewwel live musical li qatt ittella’ fl’ istess Teatru. Dan il-musical leġġendarju ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni u huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar musicals popolari ta’ kull żmien kif ukoll wieħed mill-aktar produzzjonijiet li ilhom jiġu mtella ġewwa Broadway. Grease se jkun qed jinżamm ġewwa t-Teatru Astra nhar is-Sibt 16 ta’ April fit-8.00 ta’ filgħaxija. Din il-produzzjoni mistennija toffri spettaklu amalgamat ma’ mużika u żfin li se jkun taħt id-direzzjoni artistika ta’ Chris Gatt u b’ direzzjoni mużikali tas-Surmast Sigmund Mifsud.  Il-koreografija se tkun diretta minn Christabel Bajada filwaqt li l-vocal coach se tkun Julie Zahra.

Dan il-kunċett mużikali innovattiv ġewwa Għawdex għandu l-mira li jingaġġa talent ġdid u promettenti f’din il-produzzjoni live. Għalhekk se jkunu qed isiru auditions għal dawk li huma mħajjra jiffurmaw parti mil-kast prinċipali tal-musical Grease. Din is-sejħa għall-auditions hija miftuħa għal tfajliet u ġuvintur bejn l-eta’ ta’ tmintax u tmienja u għoxrin sena. Dawn l-auditions se jkunu qed jinżammu fit-Teatru Astra stess nhar il-Erbgħa 10 ta’ Frar, festa pubblika. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq il-website: lastella.com.mt. Aktar informazzjoni tista tinkiseb fuq [email protected] jew 79258096.  L-Applikazzjonijiet mimlija jistgħu jintbagħtu fuq [email protected] jew bil-posta: Grease – Teatru Astra, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Victoria.

Applikazzjoni     –    Informazzjoni