Join Us On:

News Archive

IL-KUMPANIJA NAZZJONALI TAŻ-ŻFIN TNIEDI L-EWWEL STAĠUN TAGĦHA

ZFINMALTA - ROOFTOP resized

Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju ta‘ Malta, ŻfinMalta, se tniedi l-ewwel staġun tagћha b’erbgћa (4), premiere li jikkonsisti f’erba‘ żifniet minn erba‘ korjografi differenti bil-kollaborazjoni tal-iskola tal-Arti Performattiva, Università ta’ Malta. Matul dan il-premiere se jiġu preżentati xogћlijiet distinti li juru l-versatilità u d-diversità tal-kumpanija fil-kuntest Ewro-Mediterranju.

Il-programm se jkompli fil-21 ta’ Marzu fit-Teatru Astra f’Gћawdex. F’Gћawdex ukoll se jsir masterclass gћal żeffiena mћarrġa. Biljetti gћall-premiere jistgћu jinkisbu biss permezz ta’ stedina.

“Il-viżjoni tiegћi gћal din il-kumpanija hija li filwaqt li jkollha reputazzjoni internazzjonali u tirrappreżenta l-ogћla benchmarks kontemporanji ta’ kwalità, tibqa’ kumpanija gћall-Maltin u minnhom. Li nifhem il-legat tal-ewwel kumpanija nazzjonali taż-żfin hija responsabbiltà li jiena qiegћed nieћu b’serjetà kbira,” qal id-direttur artistiku ta’ ŻfinMalta Mavin Khoo.

Mavin Khoo huwa magћruf bћala żeffien u korjografu ta’ fama internazzjonali. Huwa tћarreġ fil-Malasja, l-Indja, New York u Londra u ћadem ma’ żeffiena maġġuri bћal Akram Khan u Wayne McGregor u ġie kummissjonat mir-Royal Opera House u s-Southbank Centre f’Londra f’diversi okkażjonijiet, kif ukoll mill-Biennali ta’ Venezja u l-Canada Dance Festival, fost l-oћrajn. F’dawn l-aћћar snin huwa ddedika ruћu gћall-iżvilupp taż-żfin f’Malta filwaqt li kien membru tal-Fakultà fid-Dipartiment tad-Dance Studies fl-Università ta’ Malta. Huwa żamm profil internazzjonali attiv bћala żeffien/korjografu u rehearsal director u assistent korjografu tal-kumpanija magћrufa Akram Khan Company.

Xogћlijiet li ġew ikkummissjonati apposta gћal dan il-premiere jinkludu Selah tal-korjografu Spanjol li jgћix fir-Renju Unit Jose Agudo (b’mużika ġdida ta’ Vincenzo Lamagna), Iż-Żmien tal-korjografa Maltija Francesca Tranter (mużika ta’ Walter Micallef) u xogћol li jinkludi l-membri tal-kumpanija kollha mid-direttur artistiku Mavin Khoo (gћal Stabat Mater tal-kompożitur Italo-Malti

 

tas-seklu tmintax Ġirolamo Abos).  Il-premiere jagћlaq b’xogћol li qed jerġa’ jittella’ gћall-kumpanija, id-dwett Kick the Bucket tal-korjografu internazzjonali bbażat fl-Olanda, Ivan Perez (b’mużika ta’ Aaron Martin).

“L-gћan tiegћi huwa li nibni kumpanija rikonoxxuta gћax-xogћol dinji u ta’ kwalità gћolja fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali u li fuq medda ta’ żmien jintgћaraf li huwa Malti, apprezzat minn fierxa wiesgћa tal-pubbliku. Il-ћolma tiegћi hija li ż-żfin u l-ћila taż-żeffiena ta’ ŻfinMalta jkun jagћmel ġieћ gћal Malta. L-isfida li gћandna quddiemna huwa li ninkwadraw din il-ћolma fir-realtà tal-industrija u naraw li sseћћ,” qal Mavin Khoo.

Il-biljetti jiswew €15 il-wieћed gћall-performances kollha b’konċessjonijiet iswew €8 il-wieћed. Il-performance tibda fit-20.00. Aktar informazzjoni fuq www.zfinmalta.org.

Capture