Join Us On:

News Archive

IL-KAMPJONAT LURA F’BELTNA

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tixtieq tifraħ lit-tim ta’ Victoria Hotspurs għar-rebħ tal-ħdax-il kampjonat tal-ogħla diviżjoni Għawdxija. Proprju nhar il-Ħadd li għadda, fl-aħħar logħba tal-kampjonat Victoria Hotspurs ħadu l-punt li kellhom bżonn kontra l-eqreb rivali tagħhom Għajnsielem FC biex hekk rebħu l-akbar unur li joffri dan l-isport fil-gżira tagħna. 

Għal Victoria Hotspurs dan kien il-ħdax-il kampjonat mirbuħ u t-43 unur uffiċjali minn kemm ilu mwaqqaf il-klabb fl-1948. L-aħħar kampjonat mirbuħ imur lura għas-sena 2000. Matul dan l-istaġun it-tim rebaħ ukoll: it-Tazza Indipendenza, it-Tazza Jum il-Ħelsien, kif ukoll il-kampjonat ta’ taħt is-sbatax-il sena. 

It-tim tal-Hotspurs għandu rabtiet speċjali mas-Soċjeta’ tagħna u għaldaqstant ma nistgħux ma nifirħux ma’ dan il-klabb fl-okkażjoni tar-rebħ tal-ħdax-il kampjonat! Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw lit-tim kollu, lill-membri tal-kumitat, kif ukoll lill-partitarji kollha, aktar u aktar suċċessi.