Join Us On:

News Archive

IL-ĠIMGĦA MQADDSA

Il-bieraħ sar il-kunċert ta’ mużika sagra fil-Bażilika ta’ San Ġorġ li kien immexxi mis-surmast direttur il-Prof. Joseph Vella. L-attendenza kienet waħda tajba u l-programm kien jinkludi diversi kompożizzjonijiet ta’ Joseph Vella, Sunny Galea u Mario Galea fost oħrajn.

Appuntamenti oħra għall-banda tagħna jinkludu s-sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-parroċċa ta’ San Ġorġ li hija l-eqdem waħda fil-gżira Għawdxija (pre-1788).  Din il-purċissjoni hija wkoll devota ħafna u penitenzjali u fiha joħroġ l-Kurċifiss mirakuluż, kapulavur fl-injam ta Pietru Pawl Azzopardi (1848).  Din is-sena l-purċissjoni se toħroġ nhar Ħamis ix-Xirka fis-6.30pm.

Imbagħad nhar il-Għid il-Kbir, fid-8.45am ikollna d-dimostrazzjoni reliġjuża bl-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt, xogħol fl-injam ta’ Alfred Camilleri Cauchi (1997), bis-sehem tal-Fratellanzi tal-parroċċa u l-Banda tagħna.