Join Us On:

News Archive

IL-ĦRUĠ MINN NIĊĊA TA’ SAN ĠORĠ

Il-Bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ minn Taċ-Ċawla sal-Pjazza ta’ San Ġorġ wara li l-Arċipriet flimkien mal-Kleru u l-Kapitlu għamel konċelebrazzjoni fil-Kappella tar-Ragħaj it-Tajjeb. F’xi 8pm beda l-ħruġ spettakolari ta’ San Ġorġ minn niċċa fost entużjażmu estrem, ċapċip mingħajr ma jaqta u kant tal-innijiet Georgius Natus Est u Lill-Kbir Martri San Ġorġ (Ġorġi Tagħna).

Wara l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna attendew għaċ-Ċelebrazzjoni ta’ Xhieda Kristjana li kienet tinkludi mumenti ta’ talb, riflessjoni u kant. Aktar tard saret id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ (1991) xogħol ta’ Austin Camilleri flimkien mal-Banda Ite ad Joseph (Il-Qala) fejn spiċċat fi Pjazza San Franġisk u l-istatwa ttellet fuq il-pedestall tagħha. Naturalment dan kollu sar fost il-ferħ u l-entużjażmu li ż-żgħażagħ tagħna huma magħrufin għalih.

(Ritratti: Joe Attard)

JMJ_8355 JMJ_8350 JMJ_8346 JMJ_8345 JMJ_8344 JMJ_8343 JMJ_8341 JMJ_8340 JMJ_8339 JMJ_8337 JMJ_8335 JMJ_8334 JMJ_8332 JMJ_8331 JMJ_8329 JMJ_8327 JMJ_8325-001 JMJ_8325