Join Us On:

News Archive

IL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA LEJN PALERMO GĦALL-BELT KAPITALI EWROPEA 2018

Il-Grupp Folkloristiku Astra fi triqtu lejn Sqallija għall-avveniment prestiġġjuż għal isem Malta.

Il-Grupp mistieden jesebixxi bil-kult tal-folk Malti fi Sqallija bejn is-7 u l-10 ta’ Diċembru. Iċ-ċelebrazzjoni hija waħda ddedikata lill-Bliet Kapitali Ewropej tas-Sena kurrenti 2018. Fuq kollox, x’inhi l-enfasi għal dan it-titlu prestiġġjuż li bih Malta giet mogħtija?

L-inizjattiva tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura hija mfassla biex:

  • Tenfasizza r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa
  • Tiċċelebra l-karatteristiċi kulturali li jaqsmu l-Ewropej flimkien
  • Żieda fis-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għal żona kulturali komuni
  • Inissel il-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp tal-bliet.

Il-Belt Kapitali Valletta, qed tiċċelebra din id-diversita’ flimkien ma’ żewġt ibliet oħra Ewropej; Palermo fi Sqallija u Leeuwarden-Friesland fl-Olanda.  It-tlett ibliet li qed iġorru dan l-isem, fil-jiem li ġejjin ser jigu dedikati serati specjali f’Palermo fejn jagħlqu ċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom bħala Bliet Kapitali Ewropej tas-sena 2018.

It-tmien membri – Gina Attard, Nina Cremona, Frances Portelli, Maria Portelli, Mario Portelli, Maria Schembri, Melina Sciberras; ser ikunu qegħdin jesebixxu ġewwa r-Real Teatro Santa Cecilia f’Palermo, nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru. Dan it-teatru ġie inawgurat fl-1693 u fih ittellgħu diversi produzzjonijiet teatrali. Illum il-ġurnata ġie restawrat u hija s-sede tal-fundazzjoni “The Brass Group” u jikkontribwixxu b’mod volontarju bl-għan ewlieni li jferrxu l-kultura artistika, mużikali tas-seklu għoxrin u saħansitra jittellgħu diversi kunċerti fosthom il-jazz.

Il-Grupp Folkloristiku Astra ser itellghu programm ta’ siegħa, li tulha l-mużiċist Yuri Charyguine ser ikun jakkumpanja liż-żeffiena bl-accordion. Il-programm ser ikun imżewwaq b’kollox u jiġbor dak kollu li jagħmilna Għawdxin u Maltin – bil-kant tal-maħbubin, lill-ħolqien, ix-xogħol artiġjanali u tal-idejn; u żfin fosthom tal-għonnella, logħob tradizzjonali u Tarantella. L-allegrija li jaf joħloq il-Grupp Folkloristiku Astra hi waħda unika u tirrenja fost dawk kollha li jkunu preżenti u jitpaxxew għall-ispettakli tagħhom.

Segwuna fuq is-social media permezz ta’ Facebook: astrafolkgroup1970

F’isem il-Grupp Folkloristiku Astra, nawguralkom Milied Hieni!

Maria Portelli
President – Astra Folk Group

 poster Palermo event 20181207_032726