Join Us On:

News Archive

IL-FESTI TAL-GĦID

Fil-ġranet li għaddew is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħadet sehem f’numru ta’ attivitajiet konnessi mal-Ġimgħha Mqaddsa u l-Għid il-Kbir.  Il-Banda tagħna ħadet sehem fil-Kunċert ta’ Mużika Sagra li sar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ kif ukoll fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li din is-sena ħarġet nhar Ħamis ix-Xirka, liema purċissjoni hija l-eqdem waħda f’Għawdex u li żammet l-istil penitenzjali tagħha.

Wara li s-sena l-oħra l-purċissjoni bi Kristu rxoxt ma saritx minħabba l-maltemp, din is-sena kellna ġurnata sabiħa u l-Banda La Stella akkumpanjat l-istatwa b’marċi ferrieħa tal-okkażjoni  mir-repertorju tagħha.  L-istatwa ta’ Kristu rxoxt hija x-xogħol fl-injam  tal-Kav.  Alfred Camilleri Cauchi (1997).