Join Us On:

News Archive

IL-FESTI ESTERNI JIBDEW NHAR IL-ĠIMGĦA

Il-festi esterni jibdew nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju bl-Ikla ta’ San Ġorġ ġewwa Pjazza San Ġorġ fit-8.30pm.  Inħeġġukom tieħdu sehem u b’hekk minbarra li tkunu qed tiddervertu f’atmosfera mill-isbaħ tkunu qed tgħinu lill-Festa ta’ San Ġorġ.  Biex wieħed jibbukkja jista’ jċempel fuq 79560250 jew 21556256.

Poster Ikla 2014 A3

Intant illum tkompli n-Novena ta’ San Ġorġ li issa waslet fit-8 jum tagħha.  Għada, l-aħħar jum, se jkun hemm dramm mit-tfal tagħna dwar San Ġorġ u wara party fil-Pjazza għat-tfal li attendew in-Novena.  Inħeġġukom tattendu numerużi bħal dejjem biex anke din is-sena in-Novena tkun suċċess kbir.