Join Us On:

News Archive

IL-BAŻILIKA TA’ SAN ĠORĠ FIT-“TOP 10 LANDMARKS TA’ MALTA”

2015-06-21 22.10.43

Minn rapport ippubblikat il-bieraħ f’ The Sunday Times of Malta (Travel leisure and food – paġna 6) ħareġ li skont The TripAdvisor Global Top 10 tal-2015 għal Malta, il-Bażilika ta’ San Ġorġ kienet mal-ewwel 10, sewwasew fid-9 post.  Il-lista uffiċjali maħruġa mit-TripAdvisor, li huwa  l-akbar sit elettroniku internazzjonali dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ivvjaġġar, ħarġet il-lista tal-10 landmarks ta’ Malta għall-2015 kif ivvutati mill-barranin li jżuruna.  Il-lista għal Malta kienet din:

1. Kon-Katidral ta’ San Ġwann
2. Fort Rinella bil-palazz
3. Casa Rocca Piccola
4. Mosta Rotunda
5. Tempji tal-Mnajdra
6. Ix-Xelter tal-Air raid fil-Mellieħa
7. Santwarju ta’ Pinu
8. Knisja ta’ San Pawl tal-Belt Valletta
9. Bażilika ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria
10.Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa

Fuq tema differenti l-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-festa f’ġieħ il-Qaddis kisbet rikonoxximent importanti ieħor f’dawn l-aħħar jiem, bil-pubblikazzjoni fuq bolla tal-Maltapost tal-festa tagħna waqt il-ħruġ trijonfali ta’ San Ġorġ.  It-tema kienet Religious Influences on Maltese Culture u kien ta’unur kbir għalina li fost tant festi li jsiru madwar Malta u Għawdex għażla waqet fuq dik ta’ San Ġorġ, ftit ġimgħat biss qabel il-festa li ssirlu fil-Belt Victoria.

11407161_10152777176695989_580205020353825538_n