Join Us On:

News Archive

IL-BANDA TAGĦNA FIL-FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL

Il-Banda Ċittadina La Stella għal darba oħra ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl ġewwa n-Nadur Għawdex nhar il-Ħamis 28 ta’ Ġunju, lejlet il-festa. Is-servizz se jinkkonsisti fil-marċ popolari matul it-triq tal-purċissjoni flimkien mal-Banda Mnarja.  Min naħħa l-oħra l-Banda Mnarja se tkun qed tieħu sehem fil-festa ta’ San Ġorġ minn hawn u ftit ġimgħat oħra.  Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw il-festa t’tajba lin-Nadurin kollha.  Viva San Pietru u San Pawl !

B’hekk is-servizzi fil-festi f’Għawdex qabel San Ġorġ jkunu ntemmu.  Issa nistennew waħda mill-aktar ġimgħat impenjattivi ta’ matul is-sena, il-festa ta’ San Ġorġ Martri, li din is-sena se tkun bejn id-9 u l-15 ta’ Lulju.

DSC_0004