Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ‘LA STELLA’ FIL-FESTA TA’ SAN ĠWANN BOSCO

Nhar il-Ħadd li għadda, fil-belt Victoria ġiet iċċelebrata l-ewwel festa tas-sena, dik iddedikata lil San Ġwann Bosco – festa li tiġi ċċelebrata ta’ kull sena fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar fl-Oratorju Don Bosco. Din is-sena kien imiss lill-banda La Stella tagħti s-sehem tagħha f’din il-festa. 

Is-servizz beda b’marċ qasir minn quddiem l-iskola primarja tal-belt Victoria fi Triq Vajrinġa sa Pjazza Sant’ Wistin. Kien previst li l-banda mbagħad takkumpanja l-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġwann Bosco, iżda minħabba l-maltemp, il-banda daqqet l-innu u xi marċi reliġjużi waqt il-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni, li ħadet rotta qasira.

Għall-banda La Stella, dan kien l-ewwel impenn għas-sena 2011.