Join Us On:

News Archive

IL-BANDA LA STELLA ĠEWWA L-QALA

Is-Sibt li għadda immarka appuntament ieħor fl-istaġun intesiv tal-Banda La Stella, servizz ġewwa r-raħal tal-Qala.  Il-Qala huwa raħal ieħor li miegħu s-Soċjetà Filarmonika La Stella għandha rabtiet tajbin u antiki.  Bħalma huma l-maġġoranza tas-servizzi l-oħra, l-aħħar impenn tal-Banda La Stella kien jikkonsisti prinċiparjament f’programm mużikali.
L-banda taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha, il-Prof. Joseph Vella, esegwiet programm mużikali ieħor, din id-darba lejlet il-festa fil-pjazza prinċipali tar-raħal. Il-programm mużikali kien ippreċedut minn marċ li beda fid-9.00pm. Fi pjazza mimlija nies, il-banda esegwiet mużika mill-aktar popolari u mir-repertorju mużikali tagħha.
L-aħħar erba impenji għall-banda tagħna f’dan is-Sajf huma dawk marbuta mal-festa ta’ San Lawrenz – fejn il-Banda ddoqq lejliet u nhar il-festa, dak tal-Assunta fiż-Żebbuġ u tal-Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem.
Intant il-ħidma tal-kumitat u divesi frajja tas-Soċjetà tkompli għaddejja f’dawn ix-xhur sħan tas-safj.  Nixtiequ nfakkru wkoll li għadu għaddej b’rittmu tajjeb ħafna l-bejgħ tal-minjatura tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ – l-aħħar inizzjattiva tal-Kumitat tas-SoċjetàLa Stella.  Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 99829796 (Michel Buttigieg) jew mill-uffiċċju parrokkjali ta’ San Ġorġ fuq 21556377 (Manuel Grima) jew minn Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket.