Join Us On:

News Archive

IL-BANDA FIL-FESTA TA’ DON BOSCO

Illum il-Banda Ċittadina La Stella hija mistiedna tagħmel servizz fil-festa ta’ San Ġwann Bosco, ġewwa l-Belt Victoria.  Is-servizz jibda b’marċ fil-16:45 minn Triq Vajringa għall-Pjazza Sant’ Wistin, minn fejn tibda l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Don Bosco.  Matul il-purċissjoni l-Banda Ċittadina La Stella se ddoqq numru ta’ marċi reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha, kif ukoll innijiet għad unur San Ġwann Bosco.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu l-kommunità kollha li tiffrekwenta l-Oratroju Don Bosco. Il-festa t’tajba !

48422034_2469651513075950_7379433853879844864_o