Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIN-NOTTE BIANCA

Il-Banda Ċittadina La Stella tħabbar li din s-sena ġiet mistiedna biex tieħu sehem fl-attività nazzjonali tan-Notte Bianca fil-Belt Valletta nhar s-Sibt 4 t’Ottubru. Għal din l-okkażjoni l-Banda se tesegwixxi t-tieni edizzjoni ta’ Rockastra, li kienet ghamlet f’Ġunju fil-Belt Victoria. Il-kunċert se jsir ġo Pjazza San Ġwann fid-8.45pm u se jitmexxa mis-Surmast Sigmund Mifsud.  Din hija l-ewwel darba li Rockastra se tiġi mtella ġewwa Malta.

F’dan il-kunċert, il-Banda La Stella ser tkun akkumpanjata minn sezzjoni ritmika kif ukoll minn artisti lokali.  Matul dan il-kunċert ser jiġu esegwiti siltiet mużikali mir-repertorju ta’ John Lennon, Freddie Mercury, Zucchero, Deep Purple, John Fogerty u Leonard Cohen fost oħrajn.

Ingħaqad mal-Banda La Stella f’din il-mawra f’Malta.  Biljetti u aktar informazzjoni mill-Bar tal-Astra jew ċempel 79021033 jew 21557583. Nitilqu mal-vapur tal-3.45pm (trasport minn quddiem il-każin fit-3.15pm). Lura mal-vapur tal-12.15am. Il-prezz jinkludi t-trasport mir-Rabat għall-Imġarr u lura u miċ-Ċirkewwa għall-Belt u lura.

Notte Bianca without transport

(Ritratt: Joe Attard)