Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TAL-FONTANA

Illum hija l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu ġewwa l-Fontana.  Bħalma ilu jsir għal diversi snin il-Banda Ċittadina La Stella għamlet servizz il-bieraħ u għandha ieħor illum. Il-bieraħ bdiet b’marċ minn Triq ta’ Mulejja u kompliet mat-toroq ewlenin għall-marċ tradizzjonali ta’ lejlet il-festa.  Hekk kif intemm il-marċ il-banda tagħna sabet postha fuq il-planċier biex iddoqq l-innu l-kbir tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu.

Illejla, il-banda tagħna ser terġa’ tieħu sehem billi ddoqq l-innu l-kbir waqt il-ħruġ tal-istatwa devota tal-Qalb ta’ Ġesu, kapulavur ta’ Wistin Camilleri.  Wara, il-banda se takkumpanja l-istatwa b’innijiet reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha.  Id-daqq tal-innu se jkun taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-awgurju tal-festa t-tajba lil Fontanin kollha.  Viva l-Qalb ta’ Ġesu !

11538160_10207297675869225_2225630217307474773_o