Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TA’ MARIJA BAMBINA

Nhar is-Sibt li ġej il-Banda Ċittadina La Stella se tieħu sehem fil-marċ ta’ lejlet il-festa ġewwa x-Xagħra Għawdex għall-festa ta’ Marija Bambina, fejn matul il-marċ aħna se nkunu qed nipparteċipaw flimkien mal-Banda Victory.  Il-marċ jibda minn quddiem il-każin tal-Banda Victory fid-9.30pm u jispiċċa ġewwa Pjazza Vitorja. Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lix-Xagħrin għall-festa tal-Vitorja.  Viva Marija Bambina !

B’dan is-servizz il-banda tagħna se tkun qegħda tagħlaq l-istaġun tal-festi tas-sajf.  Minn hawn il-banda se tkompli bil-ħidma u t-tħejjija tagħha għall-programmi li ġejjin.  Aktar informazzjoni tingħata ‘l quddiem.

Marija Bambina

DSC_0068