Join Us On:

News Archive

IKLA B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ 2012

L-Għaqda tal-Armar u l-Għaqda tan-Nar iħabbru li qed jorganizzaw ikla b’rizq il-festa ta’ San Ġorġ 2012. L-ikla se ssir nhar il-Ħamis li ġej, 9 ta’ Frar, lejlet btala pubblika, tibda fit-8.00pm, u se ssir fil-każin tal-Banda La Stella.
 
Attivitajiet ta’ din ix-xorta jservu mhux biss bħala sostenn finanzjarju b’riżq il-festa, iżda wkoll jagħtu opportunita’ lill-partitarji u l-ħbieb sabiex jiltaqgħu, jiddevertu flimkien u  jaqsmu mumenti soċjali flimkien. Għalhekk, l-appell tagħna lilkom huwa sabiex tilqgħu din l-istedina u tattendu bi ħġarkom għal din l-attivita’.
 
Il-biljetti jiswew €12 u jistgħu jinkisbu mill-bar tal-Astra, minn  Kafe’ San Ġorġ jew mingħand il-membri tas-sotto-kumitati rispettivi.