Join Us On:

News Archive

IKLA B’RIŻQ L-ARMAR TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Update:  L-ikla imħabbra aktar kmieni dan ix-xahar ġiet posposta minħabba luttu.  Nerġgħu ninfurmawkom bid-data l-ġdida malli tiġi kkonfermata.  Grazzi.

————————————————————————————————————————————————————-

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, flimkien mal-Għaqda Armar San Ġorġ Martri ħabbru li se ssir ikla b’riżq l-armar tal-festa ta’ San Ġorġ. Din se ssir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Frar 2013 fit-8.00pm fil-Każin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.

Il-biljetti jiswew €15 u jistgħu jinkisbu mingħand il-membri tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Armar, mill-Astra Bar, mingħand Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket, jew mingħand Sammy Rapa ta’ Salvina Discount Store.
It-tiżjijn meraviljuż li jkollna madwar beltna fil-jiem tal-festa jista jsir biss bl-għajnuna u l-appoġġ tagħkom. Għalhekk ejjew ħa niltaqgħu nhar id-9 ta’ Frar u b’hekk inkunu qed nagħtu l-appoġġ tagħna lis-Soċjetà u l-Għaqda tal-Armar fi ħdana.