Join Us On:

News Archive

IHALLINA L-PROF JOSEPH VELLA

Is-Soċjeta Filarmonika La Stella tinsab taħt xokk kbir hekk kif tħabbret il-mewt tal-Professur Joseph Vella. Sa anqas minn 24 siegħa ilu kien magħna jiddirieġi l-Banda waqt ir-recording tac-CD l-ġdid tal-marċi funebri, li naturalment se jkun jinkludi wkoll kompożizzjonijiet tiegħu stess.

Isem il-Professur Vella, bin il-Belt Victoria li tant kien iħobb, se jibqa jissemma ma’ Malta kollha.  Il-kapaċità u l-impenn tas-Surmast tagħna, għal 48 sena sħaħ, qed iħalluna sinjuri bl-isbaħ memorji u rikkezza mużikali.  Mur  igħidilna li l-bieraħ stess kien li-aħħar darba li se jħabbat il-banda li tant kien iħobb ! Mur igħidilna li l-festi ta’ tmiem il-ġimgħa, fejn huwa stess ta ħafna biċċiet ta’ mużika u kompożizzjonijiet lill-Mużew il-Ħaġar, kienu se jkunu l-aħħar impenn uffiċjali tiegħu !

MaestroJosephVella

Minn din il-paġna, f’isem il-bandisti tiegħek, il-membri tal-kumitat, attivisti, parruċċani u ħafna ħbieb, ngħidulek GRAZZI.  Inti ma għadekx magħna imma l-memorja tiegħek ma tispiċċa qatt.

Strieh fis-sliem għażiż Surmast !

F’din l-okkażjoni qed nirriproduċu wieħed mill-kapulavuri li ħareġ mill-pinna tiegħu, il-marċ funebri In Memoriam Ganni Galea.

Ejjew ilkoll niftakru fis-Surmast Vella kif ukoll fil-familjari tiegħu fit-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.