Join Us On:

News Archive

IĦALLINA ĠANĠU SALIBA

1508083_764592323564524_264717015_n

Is-Soċjeta Filarmonika La Stella tinsab f’luttu wara l-aħbar tal-mewt tal-eks bandist Ġanġu Saliba, bandist li ta servizz għal tal-anqas 47 sena lill-Banda Ċittadina La Stella.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Erbgħa li ġej, 26 ta’ Marzu, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-quddiesa tal-5.00pm. Kif inhu dovt, il-Banda Ċittadina La Stella ser takkumpanja l-korteo bil-marċi funebri minn Triq ir-Repubblika għall-Bażilika Ġorġjana fl-4pm. Mal-wasla fil-Bażilika tibda l-liturġija funebri fl-4.30pm, li tkun tinkludi l-Għasar u l-Quddiesa.

Ikun ġest sabiħ li niftakru f’ Ġanġu kif ukoll fil-familjari tiegħu fit-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

_______________________________________________________________________________

F’Jum il-mewt ta’ M’Anġelo Saliba
21ta’ Marzu 2014
 
Fl-ewwel jum minn tar-Rebbiegħa
Mar-Rabat venvnet l-aħbar
Illi Ġanġu kien ħalliena
F’ħakka t’għajn għand Alla mar.
 
Għaliex kull min ħa l-ħajja
Xi darba se jroddha lura
Biex fil-Ġenna jara ‘l Alla
Mal-anġli Lilu jadura.
 
Tul l-għomor sabiħ li gawda
Ġanġu rabba żewġt ulied
U ma’ martu Anġolina
Lilhom ħabb daqs par ġawhriet!
 
Jien niftakru bandist tajjeb
Mal-banda minn tal-Istilla;
Għal żmien twil bla tlaqliq ngħidu
Li hawnhekk hu kien jibbrilla.
 
Ferm għal qalbu huwa kellu
Il-Milied u l-Ġimgħa l-Kbira,
U erħilu xi presepju
Jew xi statwa hu jammira!
 
Issa Ġanġ, iż-żmien għalaqlek
Biex tmur tgawdi lill-Ħallieq;
Miegħek sa ssib lil Ta’ Lydda
Ħa jmexxik matul it-triq.
 
Mulej ilqa’ lil dan ibnek
Li f’ħajtu m’għamilx ħlief ġid;
Berraħlu bibien il-Ġenna
U newwillu tiegħek l-id!
 
Kav Joe M Attard
Victoria Għawdex