Join Us On:

News Archive

IĦALLINA ĊENSU FORMOSA

Illum sar il-funeral tal-Bandist Onorarju s-Sur Ċensu Formosa, li ħalla din id-dinja ftit tal-jiem ilu.  Ċensu kien idoqq il-klarinett mal-banda tagħna għal bosta snin.  Kienet ix-xewqa tal-Banda Ċittadina La Stella li takkumpanja lil Ċensu fl-aħħar vjaġġ tiegħu imma minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija u wara konsultazzjoni mad-dipartiment tas-saħħa pubblika dan ma kienx possibbli.  L-istandard tal-Banda La Stella kien preżenti waqt il-funeral ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ fejn attendew bosta familjari, ħbieb u membri tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Kondoljanzi lill-familjari tiegħu b’mod speċjali lil ibnu s-Sur Mario Formosa, ukoll bandist mal-Banda Ċittadina La Stella.

Agħtih O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

271117365_5032759653414415_3319058721266205804_n