Join Us On:

News Archive

IĊĊELEBRAT JUM IL-BELT VICTORIA 2008

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju, f’beltna ġie ċċelebrat ‘Jum il-Belt Victoria’ u għall-okkażjoni l-kunsill lokali ta’ din il-belt stieden lill-banda ċittadina u dekana ‘La Stella’ biex tagħmel marċ brijuż madwar it-toroq tal-‘housing estate’ taċ-Ċawla. F’din l-istess żona ġie inawgurat xogħol ta’ tisbiħ fosthom playing field u 5 a side football pitch bit-turf li ser ikun amministrat mill-Victoria Hotspurs FC.

Il-marċ beda minn quddiem il-knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb u ntemm fejn il-playing field ta’ din iż-żona, fejn hemm sar diskors mis-sindku Robert Tabone fil-preżenza ta’ numru ta’ residenti u diversi mistednin. F’isem il-kunsill lokali ta’ beltna kien hemm preżenti wkoll il-kunsillier Michel Buttigieg, li kien responsabbli mill-proġett ta’ tisbiħ f’din iż¬-żona. Għal din l-okkażjoni l-banda daqqet numru ta’ marċi brijużi mis-sett ta’ marċi 2007.