Join Us On:

News Archive

ĦIDMA MA’ TAQTA QATT

Dalgħodu l-Banda Ċittadina La Stella irrekordjat sett ġdid ta’ marċi brijużi għas-sajf li ġej.  Dan il-sett se jindaqq għall-ewwel darba nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa tal-festa waqt id-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel.  Għal darba oħra s-sett jinkludi varjazzjoni sabiħa ta’ kompożituri sinonimi mal-marċi brijużi kif ukoll minn bandisti tagħna stess.  Il-tħejjijiet u d-direzzjoni tar-rikording saru mis-Surmast Direttur il-Prof. Joseph Vella.  Prosit tassew lil kull min kien involut biex b’hekk tlestiet biċċa xogħol oħra.  Jekk Alla jrid aktar ‘l quddiem joħroġ is-CD, imma dwar dan ninfurmawkom aktar tard. Il-Banda issa tbiddel it-tema tagħha billi tibda titħejja għas-servizzi tal-Ġimgħa l-Kbira li bħas-soltu se jinkludu l-kunċert sagru kif ukoll is-sehem waqt il-purċissjoni, li din is-sena imiss issir nhar Ħamis ix-Xirka.

Hekk kif spiċċa r-rikording, grupp ieħor ta’ voluntiera ħa pussess tal-palk fit-Teatru Astra biex ikomplu l-provi għall-musical Evita li issa qed joqrob ukoll.  Dan kollu qed isir b’inizjattiva tat-Teatru Astra u l-Għaqda tal-Armar tagħna, bis-support ta’ Studio 18 u bosta entitajiet oħra.  Il-bejgħ tal-biljetti miexi ġmielu u għalhekk inħeġġu lil min hu nteressat biex ma jdumx jaħsibha biex jakkwisthom, jew mill-Bar tat-Teatru Astra jew inkella mis-sit elettroniku www.ticketline.com.mt.

Illum ukoll beda l-Karnival fin-Nadur u Għajnsielem fejn gruppi oħra fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella taw sehemhom ukoll. Infatt il-grupp tagħna ta spettaklu mill-isbaħ mill-kumpanija taż-żfin tal-kbar immexxija minn Georgianne Mizzi, Miriam Attard u George Camilleri u l-Astra Power Boys immexxxija minn George Vella li pparteċipaw ukoll b’parti mill-karru tal-Karnival. Ritratti fil-granet li ġejjin.

Din il-ġimgħa wkoll bdiet il-ħidma tal-kumitat ġenerali l-ġdid bl-ewwel laqgħa tagħhom dwar l-attivitajiet li għandna għall-2017.  Prosit tassew lil kulħad għax hija din l-attività li żżomm ħajja s-Soċjetà tagħna, liema Soċjetà toffri opportunità artistika, kulturali u mużikali kemm lit-tfal, lill-adoloxxenti, liż-żgħażagħ u l-adulti.

Facebook banner Share & Win V2