Join Us On:

News Archive

ĦARĠA GĦALL-FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP TAR-RABAT

Nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu se tiġi organizzata ħarġa kulturali għall-festa ta’ San Ġużepp ġewwa r-Rabat Malta.  Tluq minn Pjazza San Franġisk fit-8.30 am u niġu lura fid-8.45 pm fl-istess pjazza.  Prezz għal din il-ħarġa se jkun ta’ €15 u jkopri kemm it-trasport tal-coach f’Għawdex kif ukoll f’Malta.  Il-ġita se tkun immexxija mis-Sur Paul M Cassar.

Ibbukkjaw minn kmieni kemm tistgħu ħalli norganizzaw it-trasport.  Biljetti jinkisbu mill-Bar tal-Każin La Stella, Vajringa Supermarket u Ta’ Salvina Self-Service.