Join Us On:

News Archive

GREASE IS THE WORD…

Għat-Teatru Astra tmiem il-ġimgħa kien wieħed mill-aktar impenjattivi,  fejn quddiem sala ppakkjata bin-nies, għal darbtejn wara xulxin, ippreżenta spettaklu ta’ żfin, kant, mużika u reċtar ta’ livell għoli ħafna.  L-isforzi li saru kemm minn naħħa tat-Teatru Astra kif ukoll minn dawk kollha li b’xi mod ipparteċipaw f’din il-produzzjoni ġew ippremjati bl-aktar ħaġa importanti, dik li l-udjenza tapprezza l-livell kulturali u artistiku li ġuvintur u tfajliet Għawdxin u Maltin kapaċi jagħmlu.

Il-musical Grease offra sfida kbira għat-tim tal-produzzjoni għax kienet xi ħaġa totalment ġdid għalina imma l-kummenti pożittivi minn dawk li attendew jagħmlilna kuraġġ biex fil-futur nergġħu nidħlu għal sfidi simili.  Prosit imur lil performers kollha, l-backstage crew, l-isponsors, kif ukoll l-koordinaturi tal-produzzjoni. Biex ma ninsew lil ħadd mhux se nsemmu l-ismijiet ta’ dawk kollha li kienu nvoluti.   L-eċċezzjoni se nagħmluha biss mad-direttur artistiku Chris Gatt, li rnexxielu jibni tim  eċċezzjonali u lid-direttur mużikali Mro Sigmund Mifsud li flimkien mal-membri tal-band li kellu miegħu u l-kantanti bravi tawna pjaċir bis-siltiet sbieħ tal-musical Grease.

Dan kollu juri li l-arti ma għandix limiti u hija l-isbaħ mod kif tressaq flimkien numru kbir ta’ żgħażagħ, fejn xi wħud minnhom iltaqgħu għall-ewwel darba.  Kantanti u żeffiena stabbiliti integraw perfettament ma min għalih kienet forsi l-ewwel opportunità.  Dan kollu huwa magħġun fit-Teatru Astra, teatru ħaj li jibqa jġedded lilu nnifsu matul is-snin.

Souvenir Book

(Ritratti: Joe Attard)