Join Us On:

News Archive

ĠEW MAĦTURA L-KARIGI FIL-KUMITAT IL-ĠDID

Wara li nhar is-Sibt li għadda ġie elett il-President tas-Soċjetà, s-Sur Paul M Cassar, il-bieraħ saret l-ewwel laqgħa tal-Kumitat il-ġdid fejn fih inħatru d-diversi karigi.  Il-karigi kif maħtura għas-sena li ġejja huma dawn:

Paul M Cassar – President
Michael Formosa – Segretarju Amministrattiv
Anton Zammit – Segretarju
Joseph Tabone – Kontrollur Finanzjarju
Dr. Christopher Mizzi – Viċi President
Frank Schembri – Teżorier
George Paul Cassar – Assistent Segretarju
Matthew Zammit – PRO
George Cremona u Joseph Tabone – Delegati tal-Banda

Il-persuni l-oħra eletti se jservu kollha bħala membri fil-kumitat u se jkunu mpenjati f’xogħol ieħor skond kif ikun meħtieġ ħalli s-Soċjetà tkompli għaddejja bl-attivitajiet tagħha.

Minn nhar il-Ħadd li ġej se titkompla t-tħejjija tal-Banda għall-attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira b’mod partikulari għall-Kunċert ta’ Mużika Sagra li se jinżamm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu 2015 fit-8pm.  Dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn.

Gimgha Mqaddsa 2015