Join Us On:

News Archive

GĦADA SSIR IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Għada filgħodu, il-membri kollha tal-kumitat ċentrali, il-membri tas-sotto kumitati fi ħdan is-Soċjetà u l-bandisti tas-Soċjetà ser jiltaqgħu fis-Sala Mro Giuseppe Giardini Vella, fejn hemm ser issir il-laqgħa ġenerali annwali tas-Soċjetà għal din is-sena. F’din il-laqgħa, li bla dubju hija waħda mill-aktar importanti jinqraw il-minuti tal-laqgħa ġenerali annwali li għaddiet, kif ukoll ir-rapport amministrattiv mis-Segretarju tas-Soċjeta’, is-Sur Dolindo Cassar. Jinqara wkoll ir-rapport finanzjarju tas-Soċjetà, kif ukoll dak tal-għaqdiet kollha fi ħdan l-istess Soċjetà. Din il-laqgħa għandha twassal għall-elezzjoni tal-kumitat ċentrali ġdid, segwiti mill-elezzjoni għall-president tas-Soċjetà. Id-data ta’ dawn l-elezzjonijiet titħabbar fil-jiem li ġejjin. Għaldaqstant, għada tiġi wkoll maħtura l-kummissjoni elettorali, u jibdew jintlaqgħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjoni tal-kumitat ġdid 2009/10.

Intant, għada wkoll, ser tiġi organizzata ikla ġewwa r-ristorant Smugglers f’Marsalforn, li għaliha huma mistiedna l-membri kollha tal-kumitat ċentrali u tas-sotto-kumitati kollha, bandisti, u numru kbir ta’ voluntiera li jagħtu l-għajnuna tagħhom matul is-sena b’risq is-Soċjetà tagħna. Din l-ikla qed tiġi organizzata bħala ringrazzjament għall-impenn kbir li taw il-bandisti u l-membri kollha fi ħdan il-kumitati varji tas-Soċjetà La Stella matul is-sena li għaddiet.