Join Us On:

News Archive

FESTA TAL-QALB TA’ ĠESU FIL-FONTANA

Il-bieraħ filgħaxija il-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-Fontana għall-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu.  Is-servizz beda minn Triq Qalb ta’Ġesu u baqa nieżel matul Triq tal-Għajn sa fejn iz-zuntier tal-knisja.  Matul il-servizz indaqqu diversi marċi brijużi mir-repertorju tal-banda tagħna kif ukoll marċi marbuta tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu, inkluż l-innu marċ, fost il-briju taż-żgħażagħ Fontanin.  Kif intemm il-marċ kien hemm spettaklu tal-logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika u ‘feature’ awdjo-viżiv,

L-impenji tagħna jkomplu llum fejn il-Banda Ċittadina La Stella tilqa l-ħruġ tal-istatwa tal-Qalb ta’Ġesu bl-innu l-kbir, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.  Wara, takkumpanja l-istess statwa matul il-purċissjoni fejn iddoqq diversi marċi reliġjużi.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-parruċċani tal-Fontana, lill-Kappillan Dun Simon Cachia u lil dawk kollha nvoluti l-kumplament ta’ festa mill-aqwa.

Viva l-Qalb ta’ Ġesu!

DSC_0005