Join Us On:

News Archive

FESTIVAL MEDITERRANEA 2015

Xi wħud mill-posters relatati ma Festival Mediterranea 2015

Festival Mediterranea 2015 għal darba oħra se jlaqqana ma’ attivitajiet kulturali, teatrali u mużikali ta’ livell għoli ħafna matul ix-xhur tal-ħarifa.  Minbarra l-opra La Boheme, li naturalment hija l-qofol tal-festival, hemm ippjanati numru sabiħ ta’ attivitajiet bejn id-29 ta’ Ottubru u s-6 ta’ Diċembru 2015.

Il-programm jinkludi wkoll il-Programm Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella, nhar il-21 ta’ Novembru fit-Teatru Astra.  Din is-sena l-programm se jkun wieħed speċjali peress li se jfakkar il-45 sena minn meta l-Prof. Joseph Vella inħatar surmast direttur.  Il-kunċert se jinkludi biss kompożizzjonijiet tas-Surmast Vella.  Għal aktar dettalji dwar il-festival wieħed jista’ jidħol fis-sit eletroniku www.mediterranea.com.mt jew jibgħat email fuq [email protected].  Il-programm dettaljat jista’ jiġi imniżżel minn dan il- link.