Join Us On:

News Archive

FESTA TAL-QALB IMQADDSA TA’ ĠESU FIL-FONTANA

Dan il-weekend il-Banda Ċittadina La Stella hija impenjata fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, lokalità ċkejkna b’rabtiet speċjali mal-banda tagħna sa minn ħafna snin ilu.  Il-Banda Ċittadina La Stella tibda bis-servizzi tagħha llejla b’marċ minn Triq ta’ Mulejja u jispiċċa quddiem il-knisja.  Mal-wasla l-banda tagħna tesegwixxi l-Innu l-Kbir għad unur il-Qalb ta’ Ġesu, versi ta’ Patri Akkursju Xerri OFM u mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara.

Għada l-Ħadd, jum il-festa, nieħdu sehem waqt il-ħruġ tal-istatwa artistika tal-Qalb ta’Ġesu, kapulavur ta’ Wistin Camilleri.  Hemmhekk jindaqq mill-ġdid l-innu l-kbir u dritt wara il-banda tagħna takkumpanja l-purċissjoni b’daqq ta’ diversi marċi reliġjużi.

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-festa t’tajba lill-Fontanin kollha.  Viva l-Qalb ta’ Ġesu!

DSC_0005

L-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesu waqt il-ħruġ tal-purċissjoni (Ritratt: Mario Casha)