Join Us On:

News Archive

FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella se tagħmel l-aħħar servizz fil-festi tas-sajf tal-2017.  Is-servizz jikkonsisti f’marċ minn Triq il-Ġebla tal-Ġeneral u daqq tal-Innu l-Kbir u programm fil-pjazza ewlenija tar-raħal.  Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-parruċċani ta’ San Lawrenz fil-festa tagħhom.  Il-Banda Ċittadina La Stella ilha tmur tagħmel dan is-servizz għal ħafna snin u huwa ta’ pjaċir għalina li nagħtu s-sehem tagħna.  Viva San Lawrenz !

Wara bidu ferm impenjattiv fil-festi tas-sajf, il-banda tagħna issa jkollha ftit ġimgħat ta’ mistrieħ biex f’Settembru jibdew it-tħejjijiet għall-attivitajiet tax-xitwa.  Naturalment, is-Soċjetà Filarmonika La Stella ma tikkonsistix fil-banda biss u allura l-attività fi ħdanha tkompli sejra anke matul is-sajf fl-oqsma l-oħra, fosthom ix-xogħol fuq l-opra ta’ Ottubru Lucia di Lammermoor, li issa tidħol f’fażi aktar intensiva, u l-attivitajiet marbuta ma’ Festival Medierranea.

DSC_0024

DSC_0022