Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ PATRUN TAGĦNA

Nhar it-Tnejn 23 ta’ April huwa jum għażiż għalina l-Ġorġjani. Huwa jum li fih niftakru u niċċelebraw jum il-festa Liturġika tal-Patrun t’Għawdex w tad-Djoċesi tagħna.
 
Is-Solennità Liturġika tibda mill-Ħamis 19 ta’ April fejn fis-6.00pm ikun hemm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tridu, bil-kant tal-Innu, kurunella u litanija u Barka Ewkaristika. L-istess isir il-Ġimgħa u s-Sibt. Is-Sibt filgħaxija pero’ jkollna wkoll akkademja mużiko-letterarja fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Fidda ta’ Dun Fabio Attard SDB u l-għada il-Ħadd Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr fil-11.00am. Filgħaxija fit-8.00pm issir il-Velja Solenni tal-Martirju ta’San Ġorġ, fi Pjazza San Ġorġ.
 
It-Tnejn imbagħad, Jum is-Solennità fin-12.30pm issir l-ikla tradizzjonali ta’ Jum San Ġorġ fil-Każin La Stella. Biljetti jiswew €15 u jinkisbu mill-Bar tal-Każin La Stella, mill-membri tal-Għaqda tal-Armar jew mill-bars ta’ Pjazza San Ġorġ.
 
Filgħaxija imbagħad fis-6.30pm ikun hemm it-Tieni Għasar Solenni u fis-7.00pm Konċelebrazzjoni Pontifikali ta’ Jun San Ġorġ. Fit-8.30am tidħol fix-xena il-Banda La Stella fejn tieħu sehem f’dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ ta’ Austin Camilleri.