Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

Nhar is-Sibt li ġej 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ din il-festa se tiġi ċċelebrata permezz ta’ tlett ijiem ta’ Tridu bejn nhar il-Erbgħa u l-Ġimgħa. L-Għada s-Sibt imbagħad fis-7pm issir konċelebrazzjoni immexija mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona.

Il-Bażilika ta’ San Ġorġ għandha l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel, li hija xogħol ta’ Xandru Farrugia fl-injam (1838). Huma ħafna li jqisu din l-istatwa bħala waħda mill-isbaħ skulturi li għandna. L-iskultur Xandru Farrugia ġol-Bażilika ta’ San Ġorġ għandu wkoll il-korp ta’ Kristu mejjet, jew kif magħruf "il-monument",  xoghol fl-injam tal-1844.Tkun ħaġa sabiħa ħafna li nqaddsu dan il-jum għażiż b’quddiesa u tqarbina.

Dritt wara il-quddiesa, kif ħabbarna qabel, fi Pjazza San Ġorġ se ssir l-ikla magħrufa ta’ San Mikiel b’risq il-festa ta’ San Ġorġ 2012. Inħeġġukom biex tattendu ħalli nifirħu flimkien filwaqt li nkunu qed ngħinu lis-Soċjetà Filarmonika La Stella u lill-Għaqda tal-Armar fil-ħidma tagħhom.