Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

Drapp 122

Nhar il-Ħadd li ġej 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Matul dawn il-jiem qed isir it-Tridu Solenni dwar San Mikiel minn Mons. Ġużeppi Farrugia fil-quddies tas-6pm.

Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ għandha l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel, li hija xogħol ta’ Xandru Farrugia fl-injam (1838).  Huma ħafna li jqisu din l-istatwa bħala waħda mill-isbaħ skulturi li għandna. L-iskultur Xandru Farrugia ġol-Bażilika ta’ San Ġorġ għandu wkoll il-korp ta’ Kristu mejjet, jew kif magħruf “il-monument”,  xogħol fl-injam tal-1844. Tkun ħaġa sabiħa ħafna li nqaddsu dan il-jum għażiż b’quddiesa u tqarbina fil-Bażilika ta’San Ġorġ fejn qed tiġi ċċelebrata din il-festa parrokkjali.

Intant illejla, kif ħabbarna qabel, fi Pjazza San Ġorġ se ssir l-ikla magħrufa ta’ San Mikiel b’risq il-festa ta’ San Ġorġ 2014. Inħeġġukom biex tattendu ħalli nifirħu flimkien filwaqt li nkunu qed ngħinu lis-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-għaqdiet tagħha. Prezz €15.