Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI

Għada l-Ġimgħa 23 t’April 2021 huwa jum importanti u mistenni għalina l-Ġorġjani, jum il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, patrun tal-Belt Victoria u sa mill-qedem protettur tal-Għawdxin.  Minkejja ċ-ċirkustanzi li għaddejjin minnhom fil-Bażilika ta’ San Ġorġ hemm atmosfera ta’ festa, kif jixtraq, naturalment fil-limitazzjonijiet imposti mis-saħħa pubblika minħabba l-pandemija. Li kieku ma kienx hawn il-pandemija konna anke niċċelebraw b’mod estern il-festa permezz ta’ marċ mill-banda tagħna, liema marċ qed ikun jiġi mħassar għat-tieni sena konsekuttiva.  Il-qofol tal-festa liturġika jintlaħaq għada filgħaxija permezz tal-Pontifikal Solenni mmexxi mill-Isqof Mons. Anton Teuma fis-7pm.  Wieħed jista’ jsegwi l-pontifikal permezz tal-mezzi tas-‘social media’.  Viva San Ġorġ !

Programmapril2021-1

Bħalma ħafna jafu bħalissa is-Soċjetà Filarmonika La Stella għaddejja bi skema ta’ ġbir ta’fondi biex tiġi rrestawrata l-faċċata tal-każin (parti t’isfel) u jsir id-disinn tad-dawl biex jekk Alla jrid meta l-investiment li qed jsir jitlesta jkun ikkumplimentat minn restawr jif jixraq in-naħħa t’isfel.  Għada wkoll se jkun hemm membri tal-kumitat il-każin jiġbru fondi għal dan l-iskop.  Grazzi lil dawk li ġa taw donazzjoni u nħeġġu oħrajn biex jagħmlu l-istess.