Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Din il-ġimgħa se nkunu qed niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur ta’ gżiritna.  Naturalment din is-sena se nkunu qed niċċelebraw il-jum tat-23 t’April b’mod differenti peress li qed ngħixu sitwazzjoni partikolari minħabba il-pandemija tal-Covid 19.

Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ xorta waħda se jkunu qed isiru l-funzjonijiet.  Dawn nistgħu insegwuhom permezz tal-Facebook jew fuq Youtube tal-parroċċa.  Il-programm ta’ dawn il-jiem huwa dan:

20200419-mal

Nhar il-Ħamis 23 t’ April f’nofsinhar, nhar jum San Ġorġ, se ssir produzzjoni awdjo-viżiva qasira minn fuq din il-paġna tal-Facebook tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Għalhekk għamlu appuntament magħna għal nhar il-Ħamis f’nofsinhar biex issewgu din il-produzzjoni.

94143923_3171888862834846_8509697000818606080_o