Join Us On:

News Archive

EGĦLUQ IS-SENA IMPENJATTIV

Il-bieraħ filgħaxija ġie fi tmiemu staġun mimli impenji kemm għat-Teatru Astra kif ukoll għall-Banda La Stella. Fil-fatt, Miliedfest 2012 taħt id-direzzjoni ta’ Antonella Zammit li sar il-bieraħ fit-teatru kien l-aħħar appuntament f’sena impenjattiva, speċjalment fl-aħħar xhur tas-sena fejn minbarra ż-żewġ r-rappreżentazzjonijiet ta’ Madama Butterfly kellna wkoll il-Kunċert Annwali tal-Banda La Stella. Matul ix-xahar ta’ Diċembru saru wkoll tliet kunċerti ta’ skejjel differenti : l-iskola primarja tal-Franġiskani tar-Rabat Għawdex u ż-żewġ skejjel sekondarji tal-bniet li hawn f’Għawdex, Agius De Soldanis u l-Konservatorju tal-Isqof. Dan minbarra li fl-aħħar tlett xhur kellna Festival Mediterranea 2012 li kien suċċess kbir. Kienet sena impenjattiva ħafna wkoll għall-Banda tagħna li matul it-tnax- il xahar kellha madwar erbgħin servizz.
Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-isbaħ xewqat tal-Milied u s-Sena l-Ġdida lilkom u lill-familji tagħkom. F’dan il-jum partikolari għandna niftakru wkoll f’dawk l-għeżież li ma għadhomx magħna u ta’ dawk qrib tagħhom. L-awgurju tagħna huwa li jkollna sena tajba mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbna.