Join Us On:

News Archive

DR JOSEPH GRECH KONFERMAT PRESIDENT

Illum waslu fi tmiemhom l-elezzjonijiet għall-kumitat ġenerali l-ġdid tas-Soċjeta’, bl-elezzjoni għall-ħatra ta’ president. Din l-elezzjoni ġiet kontestata minn kandidat wieħed: Dr Joseph Grech, li għal dawn l-aħħar sentejn okkupa din l-istess kariga. Huwa reġa’ ġie kkonfermat president tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella b’vot qawwi mill-bandisti li kienu eliġibbli li jivvutaw. Dan il-vot ikkonferma l-fiduċja kbira li jgawdi l-avukat Grech fi ħdan l-istess Soċjeta’. Huwa ser jibqa’ jokkupa din l-ogħla kariga tas-Soċjeta’ għal sena oħra – sena li għandha ġġib magħha sfidi ġodda għas-Soċjeta’ tagħna. Dr Grech ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjonijiet tal-kumitat ġenerali fl-2006 fejn ġie elett bħala president u kien is-suċċessur tas-Sur Dolindo Cassar.

Intant wara din l-elezzjoni, fil-jiem li ġejjin jitlaqqa’ l-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’, fejn jiġu assenjati l-karigi l-oħra biex jiġi ffurmat il-kumitat il-ġdid 2009/10. Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-Avukat Joseph Grech u nawgurawlu kull suċċess fil-ħidma tiegħu fit-tmexxija tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella.