Join Us On:

News Archive

IL-PLAY DOUBT FIT-TEATRU ASTRA

Doubt

Fit-22 u 23 ta’ Novembru 2014 se tittella play li kellha suċċess kbir ta’ John Patrick Shanely li ġġib l-isem ta’ Doubt.  Il-play tikkonċerna soru li tkun konvinta li qassis partikulari għamel att mhux xieraq ma wieħed mill-istudenti ta’ skola ġewwa Bronx, New York.  L-istorja teħodna lura lejn is-sena 1964 u hi ambjentata ġo skola Kattolika. Il-play se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mario Tabone u bħala atturi għandha ismijiet rinomati fil-kamp tad-drama, bħalma huma George Camilleri, Maria Schembri,  Julia Camilleri u Paula Harris Cassar. Il-kostumi huwa fdati f’idejn George Farrugia. L-attività se tittella darbtejn, is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Novembru  fit-Teatru Astra fis-7pm.  Nirrikmandaw lil dawk kollha dilettanti tal-palk u d-drama biex ma jitilfux din l-okkażjoni! Biex wieħed jibbukkja jista’ jċempel fuq 21550985 jew 79256897 u l-biljetti jiswew €5.  Din l-attività hija parti minn Festival Mediterranea 2014 li issa wasal fit-tlettax  -il edizzjoni tiegħu.