Join Us On:

News Archive

DONAZZJONI TAL-KOLLEZZJONI TAL-MIBKI MICHAELANGELO GALEA

Ġurnata oħra sabiħa għas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella li llum rċeviet b’ donazzjoni kollezzjoni tal-mibki Michaelangelo Galea mingħand ibnu s-Sur Ivan Galea li tinkludi ukoll skizzi tal-artist, Giam Battista Conti. Id-donazzjoni ntlaqgħet mis-Sur Michael Formosa, President tas-Soċjeta’ fil-preżenza tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv u s-Sinjura Josephine Galea, mart Ivan Galea, li huwa ukoll soċju u benefattur kbir tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella. Din l-kollezzjoni eventwalment ser tkun esebita fil-mużew tas-Soċjeta’ La Stella.

F’din l-okkażjoni ġie ppreżentat l-marċ funebru “Tifkira Dejjiema ta’ Michaelanġelo Galea” kompożizzjoni ġdida ta’ Mro Dr John Galea, Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella. Dan il-marċ ser jifforma parti minn sett ġdid ta’ marċi funebri tas-Surmast Galea li ser jiġu rrekordjati fil-ġimgħat li ġejjin.