Join Us On:

News Archive

DAQQ TA’ CAROLS FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ġiet mistiedna biex torganizza daqq ta’ christmas carols fi pjazza San Ġorġ, fejn ġie armat għal sena oħra Christmas Village. Għaldaqstant, sezzjoni ta’ bandisti, mill-banda tagħna, ħafna minnhom żgħażagħ, ingħaqdu flimkien nhar is-Sibt 4 ta’ Diċembru, u ħolqu atmosfera mill-isbaħ f’din il-pjazza ċentrali mimlija attivita’, u daqqew numru ta’ għanjiet popolari tal-Milied bejn is-6.30pm u t-8.00pm.

Intant, fuq inizjattiva oħra tal-Kunsill, il-banda ċittadina La Stella ġiet mistiedna ttella’ programm mużikali ieħor, b’mużika marbuta ma’ żmien il-Milied fi Pjazza Indipendenza, nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru, filgħaxija. Il-programm ser isir taħt tinda kbira li qed tintrama apposta f’din il-pjazza għal żmien il-Milied u għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-bidu tas-sena l-ġdida. Aktar tagħrif fuq dan il-programm mużikali fil-ġranet li ġejjin.