Join Us On:

News Archive

CD GĦALL-BEJGĦ BIL-FEATURES TAL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Is-sotto kumitat li jikkoordina l-briju tal-festa ta’ San Ġorġ iħabbar li l- features li dehru dawn l-aħħar snin matul il-jiem tal-festa ġew miġbura fuq CD u jistgħu jinxtraw mill-Każin La Stella jew minn Cafe San Ġorġ għall-prezz ta’ €10.

Il-feature, li ġeneralment jintwera waqt id-dimostrazzjoni tal-Ħamis, sar popolari ħafna u nistgħu ngħidu bla tlaqliq li l-idea qegħdha kull ma tmur tispira lill-orgainzzaturi ta’ festi oħra. Il-Feature jintwera ftit qabel ma l-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun t’Għawdex issib postha fuq il-pedestall ġo pjazza Savina. Ix-xogħol fuq l-edizzjoni tal-festa, mmexxi minn working group imwaqqaf apposta, għaddej ġmielu u kollox jindika li ser ikun suċċess ieħor. Ix-xogħol jinkludi riċerka estensiva, l-produzzjoni audio viżiva u editing u l-koordinazzjoni tal-loġistika. Dawn il-produzzjonijeit qed jagħtu dimensjoni isbaħ lill-festa ta’ San Ġorġ għaliex huma okkażjoni ta’ edukazzjoni, tagħlim u fuq kollhox spettaklu.

Il-bejgħ ta’ dawn il-edizzjonijiet passati filwaqt li jservu bħal rikordju u referenza fuq l-festa ta’ San Ġorġ, jgħinu wkoll lill-organizzaturi sabiex jiġu ffinanzjati l- produzzjonijet segwenti.